Lokali

Jinġabru aktar minn żewġ miljuni b’risq il-Malta Trust Foundation

2,249,567

Din kienet is-somma finali li nġabret fil-Maratona għat-tfal….kollha kollha kollha! Maratona li ttellet matul il-ġurnata tas-Sibt. Hekk kif għal darba oħra l-Maltin u l-Għawdxin urew il-qalb kbira tagħhom għal tfal li huma tant fil-bżonn.

Għal sena’ oħra l-għan ta’ din il-maratona kien li tipprovdi apparat apposta li jagħmel bidla kbira fil-ħajja ta’ tfal li tant huma fil-bżonn.

Il-Malta Trust Foundation, twaqqfet fl-2015 mill-Eċċellenza Tagħha, Marie-Louise Coleiro Preca, bil-għan li tgħin u tagħti sapport lil individwi li għadhom żgħar fl-età li jkunu għaddejjin minn sitwazzjonijiet partikolari.