Basketball Sport

Kampjonat Louis Borg Irġiel U/23: Starlites jerbħu l-kampjonat għat-tielet sena konsekuttiva

(Ritratt: Stephen Christopher Vella)

Colin Schembri

Luxol………………………………73

Starlites Naxxar……………..76

(14-14)(19-26)(19-16)(21-20)

Starlites rebħu mill-ġdid il-kampjonat tal-irġiel ta’ taħt it-23 sena fejn għalijhom dan kien it-tielet suċċess konsekuttiv f’din il-kategorija fejn huma għamlu wkoll id-double wara s-suċċess tan-nisa aktar kmieni. Luxol tħabtu biex jippruvaw jisfurzaw it-tielet partita tant li għal xi waqtiet kienu minn fuq. Startlites sofrew daqqa ta’ ħarta bl-injury fi spalltu għal Miguel Fabri, player li jilgħab ukoll fit-team tal-kbar. Luxol fetħu l-partita bi trippla ta’ Adam Azzopardi però Startlites kellhom risposta minn Louie Farrugia u Ian Felice Pace. Azzopardi għamel trippla oħra għal Luxol però Startlites għaqqdu break qasir taa’ 7-0 fosthom trippla ta’ Matthew Scerri. Luxol wieġbu b’żewġ baskets minn Philip Engelbert u Azzopardi biex l-ewwel taqsima għalqet f’parita ta’ 14-14. Fit-tieni perjodu kien hemm aktar trippli minn Startlites minn Felice Pace u Fabri fil-waqt li Azzopardi u Nathan Xuereb irrispondew għal Luxol. Luxol waslu sa’ punt ‘l bogħod però Scerri għamel żewġ trippli konsekuttivi biex Startlites fetħu vantaġġ ta’ 7 puntu 33-26.  Għal kumplament tat-taqsima ż-żewġ timijiet wieġbu lil xulxin biex Startlites daħlu jistrieħu 40-33 minn fuq.

Wara l-intervall, Isaac u Adam Azzopardi fetħu bil-punti għal Luxol però Startlites kellhom risposta mill-ġdid bi trippli ta’ Scerri u Felice Pace biex baqgħu 11 minn fuq 50-39. Luxol għamlu sitt punti mingħajr risposta qabel ma Scerri għamel il-ħames three pointer tiegħhu biex Startlites temmew is-sessjoni 56-52 minn fuq. Fl-aħħar taqsima Startlites fetħu b’run ta’ 9-0 biex reġgħu ħadu vantaġġ b’figuri doppji 65-52. Luxol ma ċedewx u punti minn Seb Pace flimkien ma’ Xuereb u A. Azzopardi reġgħu ressquhom sa’ seba’ punti taħt l-avversarji. Startlites kellhom trippla minn Luca Riolo però sensiela ta’ punti konsekuttivi minn A. Azzopardi raw lil Luxol jaslu sa’ basket ‘l bogħod fl-aħħar ftit sekondi. Wara time-out minn Paul Ferrante, Riolo għamel free-throw minn tnejn biex Luxol ma skurjawx fl-attakk ta’ wara u Startlites ħarġu rebbieħa 76-73. Fi tmiem il-partita, is-Sur Mark Paul Borg f’siem il-familja tal-mibki s-Sur Louis Borg President Emeritu tal-MBA, ippreżenta t-trofew lill-captain ta’ Starlites, Ian Felice Pace, fost il-ferħ tal-partitarji numerużi tagħhom.

Luxol: A. Attard, S. Pace 12, I. Azzopardi 4, N. Engelbert 5, P. Engelbert 6, V. Englin, M. Sciberras 2, N. Xuereb 18, B. Debono , M. Iloube 2, M. Vassallo Pulis, A. Azzopardi 24.

Starlites Naxxar: K. Fabri, S. Aquilina 6, I. Felice Pace 11, M. Fabri 10, L. Riolo 7, M. Scerri 19, A. Sultana 2, L. Farrugia 21, M. Micallef, N. Sultana .

Referees: Gordon Barbara, Zvezdan Dobrosaviljevic. 

(Ritratt: Christopher Stephen Vella)