Basketball Sport

Kampjonat St. James Hospital Irġiel U/19: Luxol jibdew b’rebħa fil-finali

(Ritratt: Timmy Cutugno)

Colin Schembri

Starlites Blue……………..40

Luxol Bolt…………………..65

(8-12)(7-15)(13-26)(12-12)

Luxol Bolt ħadu l-ewwel vantaġġ fil-finali tal-kampjonat tal-irġiel ta’ taħt id-19 –il sena meta għelbu lil Starlites Blue 65-40. Il-formazzjoni ta’ Starlites magħmula minn diversi players li ħadu esperjenza fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni fil-waqt li diversi players ta’ Luxol ħadu sehem ukoll fil-finali ta’ taħt it-23 sena. Partita li kella bidu kwiet speċjalment minn Starlites hekk kif Luxol bdew bil-punti ta’ Mark Iloube u Seb Pace biex marru 6-2 minn fuq. JJ Dimech wieġeb għal Starlites però Iloube kompla bil-punti ta’ Luxol li temmew l-ewwel sessjoni 12-8 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Luxol reġgħu bdew tajjeb fejn għamlu run ta’ 9-0 bi trippla ta’ Isaac Azzopardi. Starlites wieġbu bi trippla ta’ Dimech però Luxol kellhom il-punti minn Niels Engelbert u Iloube. I. Azzopardi għamel it-tieni trippla tiegħhu biex Luxol daħlu jistrieħu 27-15 minn fuq.

Wara l-intervall, Luxol ħarġu ferm agressivi u għamlu break ta’ 15-2 b’diversi punti minn Iloube, l-aħwa Azzopardi, Pace u Engelbert għal skor ta’ 42-16. Wara time-out mill-coach Matthew Attard Starlites irkupraw xi ftit u kellhom il-punti ta’ Dimech, Alex Sultana u Matthew Micalled però qabel intemmet is-sessjoni Luxol kellhom mill-ġdid it-trippli minn Azzopardi u Beppe Debono għal skor ta’ 53-23. L-aħħar sessjoni kienet aktar bilanċjata tant li spiċċat f’parita ta’ 12-12 fejn fost l-oħrajn Starlites kellom trippla minn Kai Fabri u punti minn Sultana u Kristin John. Luxol però taħt it-tmexxija tal-coach Reuben Dalli kellhom vantaġġ komdu setgħu jibqgħu jikkontrollaw l-isforzi ta’ Starlites u rebħu l-partita 65-40.

Starlites Blue: M. Micallef 5, J, Dumford, A. Sammut, M. Todorov, K. Fabri 9, L. Tarantino, K. John 3, N. Formosa 4, A. Sultana 5, JJ Dimech 14.

Luxol Bolt:  S. Pace 13, I. Azzopardi 14, N. Engelbert 5,  V. Englin, B. Debono 7 , M. Iloube 18, K. Galea, M. Sciberras 2,  A. Azzopardi 4, N. Demajo 2, E. Fenech Pace.

Referees:Bernard Vassallo, Zvezdan Dobrosaviljevic, N. Da Silva.