Lokali

Robert Abela għandu jieqaf jipprova jintimida lill-ġudikatura – PN

Robert Abela għandu darb’għal dejjem jieqaf jipprova jintimida lill-ġudikatura u jxewwex lin-nies tiegħu kontriha bl-iskop li ma ssirx ġustizzja. Robert Abela għandu jgħid min xhiex qed jibża’ u jinkwieta mix-xogħol li qed tagħmel il-ġudikatura.

Il-Partit Nazzjonalista għal darb’oħra jiddikjara li għandu fiduċja sħiħa fl-Imħallfin u fil-Maġistrati kollha ta’ pajjiżna.

Il-Partit Nazzjonalista jinsisti li Robert Abela għandu jirtira minnufih id-diskors tiegħu dwar il-ġudikatura u jiskuża ruħu mal-Imħallfin u mal-Maġistrati ta’ pajjiżna.

Id-diskors irresponsabbli ta’ Robert Abela hu riżultat tal-patt imxajtan li għamel ma’ Joseph Muscat.

Dan intqal fi stqarrija mix-Shadow Minister għall-Ġustizzja Karol Aquilina.