73% mill-persuni li tfaċċaw irreġistrati fuq binja tal-housing fis-Siġġiewi – li sa issa mhux abitabbli ġejjin minn tlett lokalitajiet li jaqgħu fid-distrett tal-Ministru Roderick Galdes, li kumbinazzjoni jiġi l-Ministru Laburista responsabbli mill-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli.
Dan ġie żvelat fil-gazzetta tal-Ħadd tal-MaltaToday, wara li l-Ħamis il-Partit Nazzjonalista fetaħ rikors fil-Qorti sabiex jiġi rivedut ir-Reġistru Elettorali.
Fl-artiklu fuq din il-gazzetta indipendenti ġie spjegat li inevitabbilment qam suspett serju li dawn il-votanti kellhom l-indirizz fuq il-karta tal-identià tagħhom trasferit fuq din il-binja ftit tal-ġimgħat biss qabel l-Elezzjonijjiet tat-8 ta’ Ġunju.
Mhux talli hekk, talli l-liġi fl-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, Kapitalu 354 paragrafu numru 22 tgħid li min ikollu l-jedd li jiġi reġistrat għall-vot għandu jiġi biss resġistratt fid-distrett u bl-indirizz li fih huwa soltu jgħammar…cioè jgħix.
Għaldaqstant il-gazzetta enfasizzat il-fatt li kif jixhdu numru ta’ ritratti u filmati…dawn ir-residenzi preżentament mhux abitabbli u li kumbinazzjoni fil-maġġoranza tagħhom jiġu minn tlett lokalitajiet fid-distrett li jikkontesta Galdes…dawk li huma Ħal Qormi, Ħal Luqa u Siġġiewi, bi 19-il persuna jkunu mis-Siġġiewi stess, u 5 jkunu minn Ħal Luqa. u 48 persuna…kważi nofshom minn Ħal Qormi.
Ġie spjegat li l-ebda votanti ma kienu rreġistrati fil-binja fi Triq l-Imdina sal-aħħar ġurnata ta’ Marzu meta oriġinarjament kien ippublikat ir-reġistru kif isir kull sena.
Iżda minkejja dan, fl-20 ta’ April meta ġie miktub ir-reġistru għal elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u għall-Parlament Ewropew, tfaċċaw 99 persuna fuq din il-binja.
Dan kollu minkejja li din il-binja tal-housing lanqas hi abitabbli – u għalhekk ma hemm ħadd li bħalissa joqgħod hemm, hekk kif il-binja lanqas għandha elettriku, u provvista tal-ilma dan filwaqt li x-xogħolijiet fuq din il-binja għadhom għaddejin.
Intant, il-Minsiteru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli qed jiċħad dan l-aġir, u minkejja l-filmati….u diversi xhieda…intqal li l-appartamenti mhux jinsabu f’shell form.
Din is-sitwazzjoni hija waħda li – skont il-MaltaToday tindika li l-Partit Laburista illi qed jipprova jżomm kontroll il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi..b’kull mezz possibli…bil-Ministru Roderick Galdes, jibqa’ ma jikkummentax dwar dan iċ-ċaqliq…minkejja tentattivi tal-gazzetta biex ikelmuh.
//= $special ?>