Futbol Sport

Valletta relegati għall-ewwel darba fl-istorja wara t-telfa kbira kontra Naxxar

(Ritratt: Catriel Farrugia)

NAXXAR LIONS……………………..4

VALLETTA……………………………….0

Naxxar Lions: M.Debono, N.Micallef, F.Barbosa Pereira, N.Pace Cocks (A.Senna Azzopardi 83′ ), P.Augusto, E.Cerqueira Farias .(M.Fenech 70′), R.Blandon Rendon (G.Bonanno 80′), T.Yamaguchi (J.Ellul 83′), E.Espirito Santo, Y.Ito (R.Mercieca 83′), J.Vitor Moura Cardoso

Valletta: A.Guarnone, S.Ferraris, G.Braganca De Oliveira, J.Azzopardi (O.Barrientos 46′) (N.A.Micallef 68′), C.Gauci, K.Ewurum (S.Dimech 46′), F.Falcone, B.Paiber, V.Filho, A.Silas (M.Jezdimirovic 46′), D.Garba (J.Benites Da Conceicao 46′)

Skorjaw: T.Yamaguchi 4′, P.Servo 32′, R.Rendon 41′ 65′ (N)

Imwissija: T.Yamaguchi 45′, E.De Conceicao 45′ (N) B.Paiber 45′ (V)

Referees: Malcom Spiteri

Assistenti Referees: Duncan Sultana u Paul Apap

BOV Plejer tal-Partita: Pablo Augusto (Naxxar L.)

Valletta sofrew telfa umiljanti kontra Naxxar Lions biex ikkonfermaw ir-relegazzjoni tagħhom għaċ-Challenge League għall-ewwel darba fl-istorja.

L-iskor finali kien 4-0, bl-Lions jiskorjaw tlett gowls fl-ewwel taqsima u jżidu ieħor fit-tieni taqsima.

Naxxar marru fil-vantaġġ wara biss tett minuti logħob meta Takuma Yamaguchi skorja gowl mill-isbħ minn barra l-kaxxa.

L-aqwa skorer tat-tim Pablo Augusto Servo De Carvalho kompla jżid mal-iskor fit-32 minuta.

Dopjetta ta’ Robinson Blandon Rendon skorja dopjetta personalibiex ikkonferma r-rebħa, bil-gowls jasu fil-41 minuta u fil-65 minuta.

Fil-partita l-oħra, Balzan u Mosta temmew fi draw a’ 0-0.