Is-Soċjalisti Ewropej bdew il-kampanja fuq sieq ħażina minħabba li wieħed mill-esponenti ewlenin tagħhom spiċċa f’nofs kontroversja.
Pedro Sanchez, il-Prim Ministru ta’ Spanja, ilu jiem jaffaċċja sejħiet biex hu jirriżenja. Dan wara li nfetħu proċeduri legali kontra martu, Begoña Gómez, fuq allegat każ ta’ korruzzjoni.
Iżda dalgħodu ħareġ jgħid li mhux se jwarrab mit-tmexxija.
Ir-risposta tiegħu lill-ġurnalisti kienet: “Din mhix semicolon, imma fullstop”. “Iddeċiedejt li nibqa’ fit-tmexxija tal-pajjiż”, stqarr Sanchez.
Fl-istess ħin, Pedro Sanchez qed jinsisti li l-akkużi ta’ korruzzjoni fil-konfront ta’ martu huma kollha ‘qlajjiet bla bażi’ – anki jekk l-l-allegazzjonijiet partikulari kienu ammessi għall-proċess tal-qorti f’Madrid.
//= $special ?>