Internazzjonali

Il-Kenja: Tinfaqa’ diga…fost il-konsegwenzi qattiela

Talanqas 50 persuna tilfu ħajjithom fil-Kenja wara li nfaqgħet dika, bil-konsegwenza li l-mewġ tal-ilma kaxkar miegħu partijiet tal-villaġġi fil-madwar – u fost oħrajn diversi nies li dak il-ħin kienu reqdin fi djarhom.

It-traġedja kienet dovuta għax-xita qliel u għargħar sussegwenti li kompla jżid tul il-ġranet u meta l-parti kbira tal-vittmi huma rappurtati fl-inħawi viċin ta’ Mai Mahiu, ftit għexieren ‘il bogħod mill-kapitali Najrobi. Dan ukoll meta l-awtoritajiet mistennija jsibu aktar katavri fost it-tfittxija għall-mitlufa qalb ‘l-ibħra tat-tajn’.

It-tħaffir urġenti fit-tajn qed isir l-aktar fil-villaġġi ta’ Kamuchiri and Kianugu fil-provinċja ta’ Nakuru Dan meta mietu ‘il fuq minn 100 fost l-għargħar devastanti li ħakem diversi partijiet tal-Kenja mill-bidu tax-xahar ‘il hawn.