Lokali

Jagħlqu n-nomini tal-kandidati għall-elezzjonijiet

Ftit tal-ħin ilu għalaq il-perjodu li fih setgħu jintefgħu n-nomini tal-kandidati li se jikkontestaw għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali.

Min-naħa tal-Partit Nazzjonalista kienu konfermati t-tmiem kandidati li se jkunu qed jikkontestaw għall-MEPs, bil-għan li Malta jkollha vuci aktar b’saħħitha fil-Parlament Ewropew.

Intant, matul il-jum komplew jitqassmu d-dokumenti tal-voti. It-tqassim qed isir kuljum bejn it-8am u s-1pm u bejn it-3pm u d-9pm u għandu jibqa’ għaddej sa nhar il-Ġimgħa 10 jew is-Sit 11 ta’ Mejju skont id-distrett elettorali.

Biex jingħataw id-dokumenti fid-dar irid ikun hemm xi persuna responsabbli u li ma tkunx taħt is-16-il sena biex tirċievi u tiffirma għad-dokumenti għall-votazzjoni; dokumenti li din id-darba qed jitqassmu mill-Pulizija bl-użu ta’ app fuq telefown cellulari.

L-Early Voting se jsir fl-1 ta’ Ġunju, ġimgħa qabel il-votazzjoni proprja. Dawk li jgħixu barra l-pajjiż jistgħu jikkuntatjaw lill-kumpanija KM Malta Airles li qed toffri titjiriet sussidjati.