Lokali Parlament

Jeħtieġ li l-estetika fil-bini tkun trattata bi prijorità


Rebekah Borg, PN


Id-deputat Nazzjonalista Rebekah Borg appellat fil-Parlament biex l-estetika fil-bini tkun trattata bi prijorità.


Rebekah Borg tkellmet fuq l-importanza li l-wirt storiku jkun konservat u li jissaħħaħ il-qafas legali u l-konvenzjonijiet tal-UNESCO jkunu ratifikati. Hi sostniet li l-gvern mhux jgħid kif se jkun protett Għar il-Friefet li jinsab ħdejn Għar Dalam. Dwar Għar Dalam, id-depuat Nazzjonalista qalet li l-gvern għamel biss brief u għadu m’għamilmx pjan ta’ maniġġjar dwar Għar Dalam.


Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-Batterija tal-Qolla l-Bajda tinsab fi stat delapidat u tista’ tiġġarraf. Minkejja li ilha mwiegħda lil għaqda volontarja biex jirrestawra, il-gvern mhux jieħu deċiżjonijiet.


Hi semmiet il-Palazz ta’ Selmun u qalet li dan il-wirt storiku m’għandux jitħalla jiddeterjora. Rebekah Borg kompliet li l-Awtorità tal-Artjiet kienet se toħroġ talba għall-proposti għal dan il-proġett meta ħarġet offerta ta’ €600,000 għal restawr tal-Palazz.


Id-deputat Nazzjonalista semmiet l-ambjent u l-iżvilupp bla rażan u sostniet li l-pajjiż għadu bla pjan ta’ estetika, li hi meħtieġa b’mod urġenti. L-aspett viżiv għandu jkun trattat bi prijorità. Jeħtieġ li l-buffer zones bħal dak tal-Ġgantija, għandhom ikunu rispettati. Hi semmiet il-proposta biex isir żvilupp f’lokalitajiet fiċ-ċentri ta’ villaġġi li huma fil-buffer zones. Jeħtieġ ukoll li x-shelters tat-Tieni Gwerra Dinjija li qed jinstabu jkunu konservati.


Jeħieġ li l-ambjent ikun protett fil-kostituzzoni bħala dritt fundamentai, sostniet id-deputat Nazzjonalista.