Il-Gvern possibilment kisser il-liġi meta approva tibdil fil-pjanijiet ta’ Smart City li kawża tagħhom din iz-zona f’Rikażli se tara żvilupp residenzjali u spazzju għall-ħwienet flok spazzju għall-ufficini.
Dan sostnietu l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi fi stqarrija fejn kompliet tgħid li Smart City li suppost kellu jkun ‘internet city’ issa spiċċa spazzju għar-residenza u proġetti kummerċjali.
L-investiment li Gvern Nazzjonalista għamel fl-2007, kellu jsarraf f’5,600 impjieg u kellu jkabbar il-Prodott Gross Domestiku ta’ Malta b’10%, però l-Gvern preżenti mhux biss naqas li jara li dan iseħħ imma issa saħansitra approva pjan li jibiddel kompletament l-iskop ta’ Smart City. Dan hekk kif it-tibdil li ġie approvat se jnaqqas l-ispazzju allokat għall-uffiċċji minn 51% għal 9% waqt li jżied l-ispazzju għal bini residenzjali minn 20% għal 40%, u jżied l-ispazzju għal kummerċ minn 29% għal 51%.
L-MDA kompliet tispjega kif dan it-tibdil mill-pjan oriġinali huwa ta’ detriment għal kull individwu Malti u Għawdxi. Spjegat kif l-art dejjem għandha tinbiegħ bil-għan li sservi ta’ ġid għal poplu mhux bħal dan il-każ fejn art privata inbiegħet bl-irħis biex terga’ tinbiegħ lil persuni li jagħmlu ħajjithom kollha jippruvaw jaqtgħu d-dejn.
//= $special ?>