Lokali

“L-attitudni tal-Orkestra Nazzjonali hija inaċċettabbli” – Il-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data

L-Orkestra Filarmonika taħseb li hija ‘l fuq mil-liġi, u l-attitudni tat-tmexxija hija innaċettabli.

Hekk sostna l-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data wara li  l-Orkestra Nazzjonali ta’ pajjiżna irrifjutat li tikkopera mal-investigazzjoni li għaddeja bħalissa fil-konfront ta’ din l-istituzzjoni.

Ġimgħa ilu – skont it-Times – il-Kummissarju kien talab lill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta biex tagħti kopji tal-kuntratti li hemm bejnha u bejn fondazzjoni Russa; li ilha snin tippompja l-miljuni ta’ flus.

Din l-investigazzjoni kienet bdiet wara li l-istess Orkestra kienet irrifjutat talba li t-Times of Malta għamlet skont il-Libertà tal-Informazzjoni.

Minn naħa tagħha l-orkestra baqgħet tirrifjuta li tikkollabora mal-investigazzjonijiet tant li l-Kummissarju tal-Informazzjoni u d-Data qal li hemm bżonn urġenti ta’ tibdil fil-liġijiet biex l-Uffiċċju tiegħu jkollu iktar saħħa f’każijiet bħal dawn.