Lokali Parlament

L-inkjesta interna dwar it-tbagħbis ta’ multi marittimi mgħoddija lill-Pulizija

L-inkjesta interna minn Transport Malta dwar l-iskandlu li jitratta tbagħbis ta’ multi marittimi tlestiet u kienet mgħoddija lill-Pulizija.


Dan ikkonfermah fil-Parlament il-Ministru tat-Trasport Chris Bonnett meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Castillo.


Il-Ministru Bonnett qal li issa l-passi jittieħdu wara li l-Pulizija ttemm l-investigazzjonijiet tagħha. Dan il-każ jitratta uffiċjali tat-Taqsima tal-Infurzar Marittimu fi ħdan Transport Malta li allegatament bagħbsu l-multi marittimi.


Jirriżuta li madwar 59% tal-multi marittimi li ngħataw l-2021 ‘intilfu’ filwaqt li jirriżulta wkoll li numru ta’ multi li ngħataw fl-2002 u fl-2023 ma ntbagħtu qatt lil dawk li ngħataw. Dan wassal biex dawn il-multi ma tħallsux.


Transport Malta kienet iddikjarat li l-inkejsta interna ma sabet ebda evidenza li kien hemm tbagħbis ma’ dawn il-multi iżda ma tatx dettalji iktar.