Lokali

Niċċa ta’ aktar minn 152 sena u waymarker ta’ żmien is-servizzi Ingliżi ġew restawrati

In-niċċa li ġiet restawrata tinsab fi Triq il-Karmnu, waħda mill-eqdem toroq tal-Fgura u li fi żmien l-imgħoddi kienet tintuża biex minn Ħaż-Żabbar wieħed imur Bulebel mingħajr ma jgħaddi minn Raħal Ġdid.

Il-waymarker ta’ żmien l-Ingliżi, li jinsab fl-istess triq, huwa uniku għall-Fgura u kien fost il-bosta li s-servizzi Ingliżi kienu għamlu fl-inħawi bħala linja ta’ demarkazzjoni bejn ir-raba tal-bdiewa Maltin u l-inħawi li kienu f’idejn is-servizzi Ingliżi.

Dan il-waymarker ġie mċaqalqa bi ftit metri, biex b’hekk sar f’post aktar sigur u fuq bażi ġdida apposta sabiex ma ssirlux aktar ħsara minn vetturi u inġenji kbar li ġieli kienu jħakku miegħu.