Lokali Mużika

Sarah Bonnici turi l-libsa tal-Eurovision f’Malmö

Fi tmiem il-ġimgħa, ir-rappreżentanta ta’ pajjiżna għall-festival tal-Eurovision, Sarah Bonnici, bdiet il-vjaġġ tagħha lejn Malmö, fl-Iżvezja, għall-konkors tal-Eurovision li se jsir bejn is-7 u l-11 ta’ Mejju.

F’filmat fuq il-midja soċjali tal-Eurovision Song Contest Malta, ir-rappreżentanta Maltija wriet il-libsa li ser tkun qed tilbes waqt il-wirja tagħha fil-konkors, u dehret kunfidenti ferm.

Illum, ir-rappreżentanta Maltija ser ikollha l-ewwel prova tagħha fl-Arena ta’ Malmö, qabel ma tiftaħ is-serata tat-tieni semifinali tal-Eurovision bil-kanzunetta tagħha ‘Loop’ nhar il-Ħamis 9 ta’ Mejju.