Lokali

Tifla ta’ 11-il sena fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn karozza

Tifla ta’ 11-il sena sofriet ġrieħi serji wara li ntlaqtet minn karozza fl-Imġarr.

Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-07:00, fi Triq Fisher, meta għal xi raġuni rriżulta li tifla ta’ 11-il sena ntlaqtet minn Peugeot 308 misjuqa minn raġel ta’ 55 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Uffiċjali tal-Pulizija u tabib tal-emerġenza taw l-ewwel assistenza medika lit-tifla, u ftit wara
tim mediku kompla jassiti lit-tifla li wara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji.

Aktar tard ix-xufier tal-vettura ttieħed ukoll l-Isptar minħabba xokk.

Il-Maġistrat Antoine Agius Bonnici kien infurmat bl-inċident u ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.