Lokali

“L-inkjesta tal-Vitals ingħalqet u waslet f’idejn l-Avukat Ġenerali l-Ħamis li għadda”

Inkjesta magħmula minn 78 kaxxa ta’ evidenza

12:31 L-Avukat ta’ Muscat qed јitlob biex ireġġa’ kollox lura u insista li l-Qorti tista’ tintervјeni fi kwalunkwe stadјu۔

Huwa saħaq li la darba din hiјa magħluqa, il-Qorti ma tistax tinјora l-allegat ksur tad-drittiјiet tal-kliјent tagħhom۔

12:29 Jibdew ir-reazzjonijiet għall-aħbar li l-inkjesta magħluqa.

Fosthom ta’ Jason Micallef, E.ks Segretarju tal-Labour, fejn saħaq li huwa ma’ Joseph Muscat u ssokta bil-kliem perikoluż ta’ Robert Abela – dak tat-terroriżmu politiku u attakk fuq il-ġudikatura. “Se nirreżistu b’kull mezz.”

12:26 L-Imħallef Griscti saħaq li la darba l-proċess verbal huwa magħluq, ma tistax treġġa’ lura l-arloġġ – dan hekk kif l-Avukati ta’ Muscat qed jibqgħu jwasslu l-messaġġ li l-inkjesta ma tmexxitx b’mod ġust – “Ma nistgħux ngħidu fatta la żorba,” saħaq l-Avukat Galea.

L-Avukati ta’ Joseph Muscat qed jibqgħu jinsistu li jridu jaraw l-atti – biss l-Avukat tal-Istat qed jinsisti li dan jista’ jsir biss la darba l-Avukat Ġenerali tiddepożitahom lir-reġistratur.

12:00 L-Avukati ta’ Muscat qed jinsistu mal-Imħallef biex jordna li l-evidenza tibqa’ waħda ssiġġilata bil-għan li ma tispiċċax f’idejn terzi.

Dan filwaqt li qed jissoktaw fit-talba tagħhom biex jingħataw kopja tal-proċess verbal tal-inkjesta.

Dan kollu filwaqt li Muscat jinsab iħares u jsegwi – il-karta li beda jikteb fuqha mhux qed joħroġha.

11:45 Huwa mifhum li din l-inkjesta hija magħmula minn 78 kaxxa ta’ evidenza u investigazzjonijiet li tmexxew mill-Ispettur tal-Pulizija Wayne Borg.

Intant, l-Avukati tal-Eks Mexxej tal-Labour qed jitolbu formalment lill-Avukat Ġenerali sabiex tippreżenta kopja tal-inkjesta jew aħjar il-proċess verbal… bl-Avukat tal-Istat joġġezzjoni hekk kif insista li dan mhux il-lok li wieħed jagħmel din it-talba fih.

11:41 Matul ix-xhieda tar-reġistratur, fejn qed jisħaq li l-inkjesta hija magħluqa – Joseph Muscat jinsab rasu baxxuta, f’xi waqtiet jitbissem u jħarbex xi kliem f’karta.

11:39 Ir-reġistratur, Franklin Calleja, li ġie mitlub li jixhed, sostna li l-Inkjesta Maġisterjali ngħalqet u ngħatat lill-Avukat Ġenerali nhar il-Ħamis, 25 ta’ April.

11:37 L-Avukat Ġenerali insistiet li hi ġiet mitluba titla’ tixhed illum matul il-jum tat-Tnejn ċioè, ilbieraħ – u saħqet li ma tafx ir-raġuni għalfejn qed titla’ tixhed.

11:34 Jidħol fl-awla l-Imħallef Giovanni Griscti.

11:33 L-atmosfera hija waħda ta’ stennija għal dak li possibilment jista’ jingħad matul is-smigħ ta’ din il-kawża… bl-Eks Prim Ministru bilqiegħda f’ġenb.

11:30 Jidħol fl-Awla 21 Joseph Muscat assistit mill-Avukati tiegħu – ftit tal-ħin wara tidħol fl-Awla l-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg li ġiet mħarka bħala xhud minn Muscat.

Preżenti wkoll in-Nutar Robert Aquilina flimkien mal-Avukati Jason Azzopardi u Edward Debono.

11:10 Jagħmel il-wasla tiegħu barra l-Awla numru 21 l-Eks Prim Ministru u Mexxej tal-Labour Joseph Muscat, li barra l-Qorti ssokta mal-media bin-narrattiva tas-suċċessur tiegħu Robert Abela, l-attakk fuq il-ġudikatura – li dan huwa terroriżmu politiku.


It-Tlieta filgħodu qed tissokta l-kawża tal-Eks Mexxej tal-Labour Joseph Muscat quddiem l-Imħallef Giovanni Griscti fejn qed jinsisti li qed jinkisrulu d-drittijiet fundamentali tiegħu.

Lura f’Marzu, Muscat irtira l-kawża oriġinali tiegħu biex fetaħ waħda ġdida bil-għan li fi kliemu jippreżenta l-aħjar provi mill-atti tal-inkjesta tal-Isptarijiet ta’ Vitals.

Fil-kawża tiegħu, Joseph Muscat irid iwaqqaf lill-Maġistrat Gabriela Vella milli tinvestigah kriminalment dwar id-deal frawdolenti tal-isptarijiet.

Kawża li oriġinarjament infetħet mill-NGO Repubblika – bl-issa President Onorarju ta’ Repubbika n-Nutar Robert Aquilina preżenti fl-awla – rappreżentat mill-Avukati Edward Debono u Jason Azzopardi.

Joseph Muscat huwa rappreżentat mill-Avukati Charlon Gouder u Vince Galea. James D’Agostino għall-Avuakt tal-Istat.

Dan kollu fid-dawl li fl-aħħar jiem il-Prim Ministru Robert Abela ħareġ jattakka lill-ġudikatura bil-kundanna tasal minn bosta, inkluż il-Kamra tal-Avukati u l-Partit Nazzjonalista, bil-Kap tal-Partit Nazzjonalista jiddeskrivi l-aġir u d-diskors ta’ Abela bħala kodard, perikoluż u irresponsabbli.