Internazzjonali

Erba’ pulizija jinqatlu u erbgħa oħra jsofru minn ġrieħi waqt mandat ta’ arrest f’North Carolina

Erba’ pulizija sfaw maqtula filwaqt li erbgħa oħra qed isofru minn xi ġrieħi wara li raġel spara fuqhom minn fuq ġewwa ta’ residenza f’North Carolina.

Jirriżulta li l-uffiċjali tal-pulizija kienu fil-post fuq ordni ta’ mandat ta’ arrest ta’ persuna li kien fil-pussess ta’ arma illegali.

Rapporti mill-Pulizija qed jgħidu li s-suspettat ġie maqtul fil-ġnien ta’ quddiem ir-residenza wara li fetaħ in-nar fuq l-uffiċjali, b’persuna oħra bdiet tispara minn ġewwa wara l-mewt tas-suspettat

Il-ħidma mill-Pulizija damet madwar tliet sigħat sakemm finalment l-aggressur ġie maqtul fil-post u mara u tifel ta’ 17-il sena li kienu fir-residenza ġew arrestati.