Il-politika tal-Partit Nazzjonalista hija waħda li żżomm il-poplu kollu fiċ-ċentru, bil-kampanja li se tiġi mnedija fl-ewwel ta’ Mejju mistennija tkun waħda li żżomm lin-nies bħala prijorità.
Hekk stqarr is-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino wata il-programm NETLIVE it-Tnejn filgħaxija, meta enfasizza l-importanza tal-jum tal-ewwel ta’ Mejju li mhux biss huwa Jum il-Ħaddiem, imma anke l-20 sena anniversarju mid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista appella sabiex il-poplu jingħaqad mal-Partit Nazzjonalista f’dawn is-sitt ġimgħat ta’ ħidma – fejn kollox jilħaq il-qofol tiegħu f’jum l-elezzjoni, fit-8 ta’ Ġunju.
L-Erbgħa l-Partit Nazzjonalista se jkun qed iniedi l-kampanja tiegħu permezz ta’ rally fi Ġnien l-Għarusa tal-Mosta.
Preżenti għal din l-attività se jkun hemm il-President tal-Parlament Ewropew u MEP Nazzjonalista Roberta Metsola, illi se tkun qed tagħmel id-diskors tagħha – bil-qofol jintlaħaq bid-diskors tal-Kap tal-PN Bernard Grech.
Ir-rally jibda għall-ħabta tat-3pm b’kunċert minn kantanti varji, u warm-up party.
Preżenti wkoll għal din l-attività se jkunu d-deputati tal-PN, il-kandidati għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u tal-Parlament Ewropew.
//= $special ?>