Lokali

Għada l-ewwel ta’ Mejju il-Partit Nazzjonalista jiċċelebra l-qlubija tal-ħaddiema

“Għada niċċelebraw Jum il-Ħaddiem iżda ukoll il-bidu tal-ħelsien ta’ dawk li ħakmu lill-ħaddiem,abbużaw lill-ħaddiem u li jridu jibqgħu jisirqu flus il-ħaddiem”. Hekk sostna il-kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt il-programm Net Live.

Grech ħeġġeġ lil kulħadd biex għada jingħaqdu miegħu għal-ftuħ tal-kampanja għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali fil-Ġnien l-Għarusa tal-Mosta.

Bernard Grech saħaq fuq l-importanza tal-preżenza ta’ kull individwu għaliex il-Partit Nazzjnalista għandu bzonn lill-poplu fil-ġlieda tiegħu favur id-drittijiet tal-ħaddiem. Għaldastant huwa fakkar lin-nies li l-Partit Nazzjonalista dejjem kien minn ta’ quddiem biex jiddefendi lill-ħaddiem. Huwa xehet dawl fuq il-weġgħat u problemi tal-pazjenti kif ukoll is-sagriffiċji tal- ħaddiema tal-isptar minħabba l-inkompitenza tal-gvern tal-Partit Laburista. Serqa li saret fuq is-saħħa tal-Maltin.

Għalhekk il-kap tal-Partit Nazzjonalista jrid jiċċelebra lill-ħaddiema. Il-ħaddiema li ma jridx jibqa’ jiġi abbużat u għalhekk il-ħaddiem għandu jingħaqqad mal-Partit Nazzjonalista u jaqbeż għad-drittijiet tal-ħaddiem.

Bernard Grech għalaq il-messaġġ tiegħu billi fakkar lil kulħadd li l-Partit Nazzjonalista jinsab fuq in-naħa tal-ħaddiem.