Lokali

Ħaddiema Barranin fl-Industrija tal-Loġistika – MEA

L-MEA, b’kollaborazzjoni ma’ Identità, il-Fondazzjoni għat-Trasport, u Transport Malta, reċentement nediet pubblikazzjoni li tindirizza l-isfidi tal-HR fl-industrija tal-loġistika. Ir-rakkomandazzjonijiet ħarġu mill-Forum Nazzjonali tal-SMEs tas-sena li għaddiet, fejn ‘il fuq minn 110 delegat iddiskutew is-suġġett ta’ “Ħaddiema Barranin fl-Industrija Loġistika.”

L-MEA sostnew li permezz tal-implimentazzjoni ta’ strateġiji t-tajba, Professjonisti tal-HR fl-industrija tal-loġistika f’Malta jistgħu jindirizzaw aħjar l-isfidi assoċjati mal-forza tax-xogħol, inkluż il-ħaddiema barranin u li jinħoloq ambjent tax-xogħol aktar inklussiv.

Huma komplew billi jgħidu li jridu jtejbu l-isforzi tagħhom, sabiex jipprovdu taħriġ lill-maniġment tal-HR biex dawn jifhmu id-differenzi kulturali fost il-ħaddiema barranin. Dan jgħin fit-trawwim ta’ ambjent tax-xogħol aktar inklussiv. Sostnew li l-gvern u is-settur privat għandu jkompli joffri lezzjonijiet tal-lingwa Maltija jew servizzi ta’ appoġġ lingwistiku għall-ħaddiema barranin biex itejbu l-komunikazzjoni tagħhom u jkollom integrazzjoni aktar facli fuq il-post tax-xogħol. Dan jista’ jtejjeb produttività u tnaqqas in-nuqqas ta’ ftehim.

Madankollu, komplew li ghandhom jipprovdu aċċess ugwali għat-taħriġ u l-iżvilupp tal-karriera għall-impjegati kollha, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom. Dan jista’ jgħin biex iżomm it-talent ħaddiema barranin u jippromwovu impenn fit-tul għall-kumpanija.

Il-ħaddiema barranin għandhom rwol importanti biex isostnu t-tkabbir ekonomiku lokali, jimlew il-lakuni tax-xogħol u jissodisfaw id-domanda li dejjem qed tikber fis-settur tal-loġistika. Madankollu, avvanzi teknoloġiċi mgħaġġla qed jikkontribwixxu għal nuqqas ta’ tqabbil tal-ħiliet u pressjonijiet infrastrutturali.

L-MEA qed tipproponi strateġija nazzjonali li tiffoka fuq it-trasformazzjoni tal-ekonomija għal output b’valur ogħla. Qed tigi rrakkomandata task force esperta biex tbassar il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u x-xejriet demografiċi, li jippermettu teħid ta’ deċiżjonijiet aktar proattivi.

Fis-settur tal-loġistika, l-MEA tissuġġerixxi approċċ ta’ analiżi pilota biex jiġu ottimizzati l-operazzjonijiet u l-ippjanar tal-HR. Identità ser timpenja ruħha biex tassisti lil min iħaddem fir-reklutaġġ ta’ ħaddiema barranin b’mod effiċjenti filwaqt li tagħti prijorità lis-sigurtà nazzjonali. Il-Fondazzjoni għat-Trasport qed timmira għal soluzzjonijiet fit-tul u tiżgura li l-ħaddiema barranin ikunu konxji tar-regolamenti.