Ir-Re Karlu se jkun qed jirritorna għall-obbligi tiegħu fit-tmexxija tal-monarkija fir-Renju Unit wara li fl-aħħar xhur sar magħruf li kellu jingħata t-trattament għall-kanċer.
Dan ma jfissirx li r-Re Karlu lest mit-trattament għal kontra l-kanċer, iżda t-tobba qalu li jista’ jkompli b’xi ftit mix-xogħol li kien jagħmel qabel fil-pubbliku.
Huwa se jkun qed jibda bl-ewwel żjara tiegħu, wara dan il-perjodu ta’ waqfien, f’ċentru li jagħti trattament lil pazjenti bil-kanċer biex jiltaqa’ kemm ma’ pazjenti u anke ma’ speċjalisti. Akkumpanjat minn martu Camilla, għandhom l-għan li jqajmu għarfien dwar ir-riċerka li għaddejja dwar il-kanċer f’dan iċ-ċentru.
L-aħħar xhur kienu diffiċli għall-Familja Rjali Britannika meta ġimgħat wara kien ikkonfermat li l-Prinċipessa ta’ Wales, Catherine, ukoll qed tingħata trattament għal kanċer.
Dan kien konfermat f’filmat li għamlet hi stess fejn sostniet li qed tingħata l-ewwel trattament għall-kanċer li kien ikkonfermat mill-aħħar testijiet mediċi.
//= $special ?>