Basketball Sport

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel: L-aħħar ġurnata qabel il-play-offs

(Ritratt: Stephen Christopher Vella)

Colin Schembri

Kollox kien deċiż qabel din l-aħħar ġurnata u allura dawn l-aħħar partiti servew biex it-timijiet jagħmlu l-aħħar preparamenti qabel il-play-offs li se jibdew L-Erbgħa l-1 ta’ Mejju. Ic-champions Starlites JSD se jilgħabu kontra Sigma Depiro fil-waqt li Mellieħa Libertas Spalding jaffrontraw lil Athleta AtoZ Electronics.

Luxol………………………..79

Starlites JSD…………….91

(24-23)(15-22)(14-27)(26-19)

Luxol temmew l-impenji tagħhom għal dan l-istaġun b’din il-partita kontra Starlites JSD li minn naħa tagħhom issa jippreparaw għas-semifinali tal-play-offs kontra Sigma Depiro. Matul il-partita ż-żewġ coaches taw spazju lill-players anqas utiliżżati matul l-istaġun madankollhu l-partita kienet waħda interessanti kienet biss run lejn tmiem it-tielet perjodu li xaqilbet il-miżien favur ic-champions. Luxol fetħu l-partita bi trippli minn Nikola Jovanovic u Jean Paul Schembri flimkien ma’ Marco Matijevic li kompla bis-sensiela ta’ wirjiet posittivi li kellu fl-aħħar partiti. Starlites wieġbu b’sitt punti mingħajr risposta li bdewhom bi trippla ta’ Matt Attard biex marru fuq quddiem. Għal kumplament tat-taqsima kien hemm punti fuq iż-żewġ naħat bi trippla kull wieħed minn Sean Aquilina u Nathan Xuereb biex Luxol temmew il-perjodu punt minn fuq 24-23. Starlites ħadu l-vantaġġ fil-ftuħ tat-tieni sessjoni wara punti ta’ Matthew Scerri u trippla ta’ Kurt James. Luxol ukoll kellom żewġ trippliċ minn Schembri peró kienu Starlites li għamlu l-aħħar seba’ punti minn James u Alec Felice Pace għal skor ta’ 45-39.

Wara l-intervall, Starlites kabbru l-vantaġġ b’żewġ baskets ta’ Davonte Craven qabel ma Luxol għamlu żewġ trippli minn Jovanovic. Wara sitt punti oħra minn Starlites, Luxol komplew b’aktar three pointers din id-darba minn Schembri u Jovanovic biex naqqsu d-distakk għal basket 53-55. Hawn Starlites għamlu run ta 18-0 fosthom trippla ta’ James u punti minn Scerri u Felice Pace għal skor ta’ 72-53. Fl-aħħar taqsima kien hemm aktar punti fuq iż-żewġ naħat fejn għal Luxol kien hemm fost l-oħrajn it-trippli ta’ Adam Azzopardi u Stefan Cappello biex naqqsu d-distakk għal 12 -il punt 71-83. Starlites kellhom 5 punti oħra minn James biex serrħu rashom mir-rebħa fuq skor finali ta 91-79.

Luxol: S. Pace 7, I. Azzopardi, N. Jovanovic 16, A. Azzopardi 13, JP Schembri 12, N. Xuereb 6, P. Engelbert, M. Matijevic 12, S. Cappello 14.

Starlites JSD: A. Felice Pace 10, C. Hinkson 4, M. Attard 8, S. Aquilina 3, I. Felice Pace, K. Fabri 1, M. Scerri 12, D. Craven 10, L. Farrugia 7, L. Riolo, N. Sultana, K. James 36.

Referees: Nestor Rincon, Fiorentina Ciurariu, Daniel Farrugia

Mellieħa Libertas Spalding…………….90

Sigma Depiro…………………………………98

(20-21)(25-25)(26-28)(19-24)

Dawn iż-żewġ timijiet kienu ċerti minn post fil-play-offs fejn se jaffrontaw avversarji differenti u ltaqgħu għall-ħames darba kontra xulxin fejn Mellieħa rebħu darbtejn fil-kampjonat u darba fis-shield u Depiro kienu ħarġu rebbieħa fis-semifinali tan-Knockout. Mellieħa jisperaw li jirkupraw lil Vukassin Jandric għall-playoffs fil-waqt li Depiro kellom nieqes lil Nikola Bozovic. Kienu Mellieħa li kellom l-aħjar bidu meta bdew il-partita bi 15 -il punt kontra t-tnejn tad-Depiro b’sensiela ta punti mill-Amerikani Alexander Peacock u Kwame Thompson. Wara time-out, Depiro bdew jirrispondu u trippla ta’ Miguel Brincat fetħitilom run ta 10-0 bil-kumplament tal-punti jaslu minn Alfred Hollins. Għall-kumplament tat-taqsima kien hemm bilanċ sakemm trippla ta Miguel Mallia eżatt qabel il-buzzer poġġiet lil Depiro minn fuq 21-20. Depiro saħħew il-vantaġġ fil-ftuħ tat-tieni perjodu speċjalment wara trippla ta’ Sean Galea 28-22. Mellieħa rkupraw u bil-punti ta’ Tederick Wolfe u David Bugeja reġgħu marru basket minn fuq 34-32. Iż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin b’mod regolari u kien biss basket minn Kameron Rooks fl-aħħar attakk li ra lil Depiro jidħlu jistrieħu punt minn fuq 46-45.

Wara l-intervall, Mellieħa reġgħu ħadu l-vantaġġ għal xi ħin peró tlett trippli minn Nenad Bukva u Mallia taw vantaġġ ta’ 8 punti lil Depiro 63-55. Ir-risposta ta’ Mellieħa waslet minn Thompson flimkien ma’ trippla ta’ Eduardo Valdespina u d-distakk reġa’ niżel għal punt 65-66. Il-bidu tal-aħħar taqsima kien determinanti għat-team tad-Depiro li għamlu run ta’ 15-2 bil-punti ta’ Rooks u Cornelius b’dan tal-aħħar jagħmel trippla għal skor ta’ 91-75. Mellieħa ppruvaw jirkupraw b’run qasira ta’ 8-3 peró Depiro kellhom vantaġġ komdu li baqgħu jikkontrollaw. Il-partita għalqet bi trippla ta’ Robert Bonnici għal Mellieħa hekk kif Depiro ħarġu rebbieħa 98-90.

Mellieħa Libertas: T. Wolfe 18, D. Bugeja 9, R. Bonnici 8, I. Bonett, R. Carabott 2, A. Peacock 19, K. Thompson 27, E. Valdespina 3, C. Mercurio 4.

SIGMA Depiro: S, Galea 5, L. Trapani, A. Aquilina 4, N. Grech, A. Hollins 26, A. Micallef, K. Rooks 23, M. Brincat 12, M. Mallia 11, C. Cornelius 10, N. Bukva 7, M. Debattista.

Referees: Nicky Azzopardi, Nestor Rincon, Fanni Fabok.

Hibernians………………………….99

Valletta Fighters……………….65

(22-10)(20-22)(25-23)(32-10)

Kemm Hibernians kif ukoll Valletta kienu ċerti mid-destin tagħhom hekk kif huma t-tnejn eleminati mill-play-offs peró offrew partita nteressanti. Għal Hibs kienu nieqsa l-Amerikani Keith Charleston u Mason Hix bil-coach Mario Tabone jagħti ħin lil diversi players żgħażagħ bħal Luke Attard, Ricky Aquilina u Stefan Simic. Hibs bdew il-partita bl-ewwel 10 punti fejn kien hemm il-punti ta’ Ivan Demcesen u żewġ trippli ta’ Simic. L-ewwel punti ta’ Valletta ġew minn Matthew Farrugia u Ruben Curmi peró Hibs kellhom aktar trippli minn Demcesen u Simic f’run oħra ta’ 10-0 biex temmew l-ewwel sessjoni 22-10 minn fuq. It-tieni taqsima fetħet bi trippla fuq kull naħa fejn Valletta komplew bil-punti ta’ Ulhas Satayanarayon li wkoll għamel trippla biex naqqas id-distakk għal 5 punti. Hibs irkupraw bil-punti ta’ Aquilina, Anton Axiaq u trippla ta’ L. Attard biex għal darb’oħra ħadu vantaġġ b’figuri doppji. Valletta naqqsu d-distakk bil-baskets ta’ Neil Cassar peró Hibs kienu għadhom 10 minn fuq fil-halftime 42-32.

Wara l-misrieħ kien hemm it-trippli ta’ Cassar u Ferdinand Lisondra għal Valletta li waslu sa’ żewġ baskets ‘l bogħod mill-avversarji 45-49. Luke Farrugia kellu żewġ trippli għal Hibs flimkien mall-punti ta’ Axiaq u Demcesen biex Hibs reġgħu marru 15 minn fuq 65-50. Valletta waqqfuhom bi trippla ta’ Cassar u basket minn Curmi biex Hibs temmew it-taqsima 67-55 minn fuq. L-aħħar sessjoni kienet storja differenti għaliex Hibs kienu dominanti fejn approfittaw mill-għajja li ħakmet lit-team ta’ Valletta. Huma bdew bi break qawwi ta’ 20-3 fejn kien hemm aktar trippli minn Farrugia u Axiaq u l-punti ta’ Matthew Attard u Demcesen. Valletta kellhom l-aħħar trippla minn Cassar bil-Hibs jagħlqu l-partita bi 12 -il punt mingħajr risposta hekk kif ħadu r-rebħa fuq skor finali ta’ 99-65.

Hibernians: P. Attard 5, L. Attard 10, L. Farrugia 21, A. Axiaq 11, R. Aquilina 10, M. Attard 8, I. Demcesen 25, S. Simic 9.

Valletta Fighters: N. Da Silva 2, S. Saakian, R. Curmi 4, A. Attard 8, M. Farrugia 4, F. Lisondra 7, U. Satyanarayan 21, N. Cassar 19. Referees: Nicky Azzopardi, Fanni Fabok, Gianfranco Ru