Basketball Sport

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa: Depiro jirbħu l-konfront dirett u jaqtgħu passaġġ għall-finali.

(Ritratti: Stephen Christopher Vella)

Colin Schembri

Depiro……………………65

Starlites JSD…………..59

(24-9)(20-22)(15-14)(6-14)

Il-konfront mistenni bejn l-ewwel żewġ timijiet tal-kampjonat Depiro u Starlites JSD intrebaħ minn Depiro biex b’hekk it-team ta’ Adrian Baldacchino huma l-ewwel finalisti. Starlites issa jaffrontaw fis-semi-finali lil Caffè Moak Luxol fuq l-aħjar minn tlett partiti fis-serje li tibda L-Erbgħa l-1 ta’ Mejju. Depiro rkupraw lil Nicole Agius u Noeleen Agius u Starlites kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom. Depiro kellom bidu mill-aqwa fejn bit-three pointers ta’ Julia Xerri u Kristy Galea marru 13-5 minn fuq. Starlites wieġbu b’basket ta’ Michela Zammit Cordina u trippla ta’ Paige Cannon biex naqqsu d-distakk għal 4 punti 9-13. Hawn Depiro għamlu run oħra ta’ 9-0 bi trippla ta’ Sophie Abela għal skor ta’ 24-9. Fit-tieni perjodu kien hemm it-trippli minn Steffi De Martino u Cannon biex Starlites naqqsu d-distakk. Depiro komplew bil-punti ta’ Claire Ciantar u Jose Ann Johnson però Starlites ukoll irrispondew permezz ta’ De Martino u Mikela Riolo biex Depiro temmew is-sessjoni 44-31 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Depiro bdew bil-punti ta’ Xerri u Galea qabel ma Starlites wieġbu bit-trippli ta’ Andie Saliba u Zammit Cordina u l-punti ta’ Christina Curmi. Depiro fetħu vantaġġ massimu ta’ 17 -il punt wara trippla ta’ Galea 57-40 biex it-taqsima ntemmet bid-Depiro fuq quddiem 59-45. Fl-aħħar sessjoni però Starlites għamlu sforz qawwi fejn bdew b’sitt punti mingħajr risposta u naqqsu d-distakk għal 8 punti. L-ewwel punti ta’ Depiro ġew minn trippla ta’ Xerri però Starlites għamlu 8 punti oħra fosthom trippla ta’ De Martino biex naqqsu d-distakk għal 3 punti 59-62. Starlites ppruvaw iwaqqfu l-arloġġ però Deporo għamlu l-aħħar punti minn Abela u Galea biex finalment ħadu r-rebħa li poġġiethom fil-finali fuq skor ta’ 65-59.

Depiro: S. Abela 12, N. Agius, J. Xerri 12, J. Mallia, L. Sciberras 2, N. Agius, C. Ciantar 6, J. Borg 4, J. Johnson 6, M. Micallef, N. Borg, K. Galea 23.

Starlites JSD: M. Zammit Cordina 7, M. Riolo 5, A. Saliba 9, M. Fenech, M. Bonett 2, S. De Martino 26, P. Cannon 8, P. Riolo, C. Cilia, M. Sciberras, E, Degiorgio, C. Curmi 2.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Nicky Azzopardi.

Fusion Quest 43

Hibernians 62

(9-14)(10-14)(12-21)(12-14)

Dawn iż-żewġ timijiet sellmu l-istaġun bl-aħħar konfront li għalaq l-ewwel fażi li ra lil Hibs itemmuh b’erbgħa rebħiet biss dejjem kontra Fusion b’dawn tal-aħħar itemmu l-istaġun bla rebħ. Partita li kellha bidu bilanċjat fejn Hibs kienu minn dejjem fuq quddiem. Fost l-oħrajn huma kellhom run ta’ 10-2 fl-ewwel sessjoni bil-punti minn Marie Buhagiar, Iona Agius u Fanni Fabok. Fusion għalqu l-perjodu b’żewġ baskets minn Sarah Kankaras u Nicole Caruana għal skor ta’ 9-14. Fit-tieni perjodu kien hemm trippla fuq kull naħa minn Britney Agius u Camile Londono. Hibs kellhom aktar punti minn Buhagiar u Julija Dabic biex daħlu jistrieħu 28-19 minn fuq.

Wara l-intervall kien hemm punti fuq kull naħa biex Hibs żammew vantaġġ ta’ 8 punti 37-29. Hawn Hibs għamlu run oħra ta’ 11-2 bi trippl ta’ B. Agius u punti minn Fabok, Buhagiar u Eliza Farrugia għal skor ta’ 48-31. Fl-aħħar sessjoni l-punti komplew ġejjin fuq iż-żewġ naħat fejn Fusion kellom it-trippli ta’ Nicole Vella u Londono. Hibs kellhom aktar punti minn Dabic u Buhagiar flimkien ma’ Farrugia biex ħarġu rebbieħa 62-43.

Fusion Quest: C. Londono 10, N. Caruana 10, M. Stefanovic, A. Parnis, C, Terranova, N. Vella 7, S. Kankaras 6, N. Montalvo 8.

Hibernians: M. Buhagiar 16, E. Farrugia 2, F.Fabok 8, I. Agius 11, J. Abela, B. Agius 8,J. Gauci, A. Mallia 2, J. Dabic 15, M. Mendez.

Referees: Fiorentina Ciurariu, Miguel De Flavia.