Futbol Sport

Kollox miftuħ fit-tieni leg tas-semifinali bejn Bayern Munich u Real Madrid

(Ritratt: EPA)

Bayern u Real jaqsmu erba’ goals u jħallu l-verdett għal Madrid

Bayern Munich u Real Madrid qasmu erba’ goals fl-ewwel leg tas-semifinali tal-UEFA Champions League biex issa l-verdett jinqata’ f’Madrid bħal-lum ġimgħa.

Kienet logħba spettakolari bir-riżultat inċert sal-aħħar.

Bayern bdew tajjeb iżda kienu maħsuda fit-23 minuta meta Kroos ta ballun preċiż lejn Vinicius Junior li quddiem Neuer ma żbaljax.

Bidu qawwi ta’ Bayern fit-tieni taqsima li dawru r-riżultat fi spazju ta’ erba’ minuti. Fit-53 minuta Sane’ kiseb id-draw wara azzjoni personali u erba’ minuti wara Bayern fil-vantaġġ meta Harry Kane skorja minn penalty.

Hawn ħarġet il-klassi u determinazzjoni ta’ Real Madrid li wettqu reazzjoni tajba u kisbu draw meritat seba’ minuti mit-tmiem grazzi għal penalty li kien skorjat minn Vincius Junior li b’hekk kiseb id-doppjetta.

Riżultat

Bayern v Real 2-2

Għada

Dortmund v PSG