Lokali

L-Avukat Ġenerali ma tatix indikazzjoni dwar meta se tkun qed tipproċedi fuq l-Inkjesta tal-Isptarijiet

L-Inkjesta dwar id-deal tal-Isptarijiet issa hi konkluża; inkjesta li issa tinsab f’idejn l-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieġ.

L-inkjesta tal-Vitals fiha xejn anqas minn 78 kaxxa bl-evidenza kollha li nġabret.

Sa issa għadu mhux ċar x’se tagħmel l-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg, li ma’ Net News, insistiet li dawn l-affarijiet “jieħdu l-ħin”. Viżibbilment skomda, Victoria Buttigieg ma tat l-ebda indikazzjoni jekk hux se tkun qed tipproċedi fil-jiem li ġejjin.

Meta mistoqsija minn Net News jekk tikkundannax l-attakki kontinwi tal-Prim Ministru Robert Abela fuq il-ġudikatura, dehret teħel qabel stqarret li l-uffiċju tagħhom ma jidħolx f’affarijiet bħal dawn, hekk mhux fil-kompitu tagħhom.