F’wirja notevoli ta’ sport u solidarjetà, plejers tal-padel, dilettanti u nies ta’ qalb tajba qed iħejju għall-ewwel avveniment ta’ maratona tal-padel ta’ 24 siegħa f’Malta biex jappoġġjaw lill-Fondazzjoni Children in Need. L-avveniment, skedat li jibda illum, it-30 ta’ April fit-3pm, qed isir fil-court ta’ Padel Malta, f’Pembroke.
Il-Fondazzjoni Children in Need, rinomata għall-impenn bla waqfien tagħha biex tgħin f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, mexxiet din l-inizjattiva biex tkompli l-missjoni tagħha li tipprovdi appoġġ lil kull tifel u tifla fil-bżonn. Billi torganizza din il-maratona bl-appoġġ ta’ Padel Malta, il-Fondazzjoni għandha l-għan li mhux biss tqajjem kuxjenza iżda wkoll li tiġbor donazzjonijiet li se jkollhom impatt dirett fuq il-ħajja ta’ għadd kbir ta’ tfal. Dan kollu huwa possibbli b’ringrazzjament għal Nium, li huwa l-isponsor ewlieni għal dan l-avveniment.
Il-maratona se tinkludi logħbiet bla waqfien tal-padel, kemm għal plejers tas-sengħa kif ukoll dilettanti. L-ispettaturi u l-partitarji huma mħeġġa jingħaqdu fl-atmosfera divertenti, waqt li jikkontribwixxu għall-isforzi tal-ġbir tal-fondi.
Għal dawk interessati li jappoġġjaw din il-kawża jew jipparteċipaw fil-maratona tal-padel, jistgħu jżuru is-sit cin.mt għal aktar informazzjoni. L-aħħar ftit slots fil-courts tal-padel jistgħu jiġu bbukkjati billi ċċempel fuq 7998 8987.
//= $special ?>