Lokali

Robert Abela jaqbel mal-għaqda Repubblika – l-Inkjesta għandha tiġi ppubblikata

L-istqarrija ta’ Robert Abela dwar l-Inkjesta qed tiġi interpretata mill-klikka ta’ Muscat bħala turija ċara li l-Prim Ministru se jħallih jegħreq waħdu.

Tant li n-nies ta’ Joseph Muscat qed jinsistu li mhux sew jaħfruwielu lill-Abela jekk il-Pulizija ixellfu diffrejhom ma’ dak li għadhom jikkunsidraw il-Leader tagħhom.

Fl-2019 kien infetaħ rikors mill-għaqda Repubblika sabiex tinfetaħ Inkjesta Maġisterjali fil-konfront ta’ Joseph Muscat u numru ta’ persuni mill-kabinett tiegħu sabiex jiġi investigat id-deal tat-tlett sptarijiet ta’ pajjiżna.

Issa huwa magħruf illi l-Inkjesta tinsab f’idejn l-Avukat Ġenerali Victoria Buttiġieġ, u hija hi biss li tiddeċiedi jekk il-konklużjonijiet ta’ din l-inkjesta għandhomx jiġu ppubblikati.