Internazzjonali

Tensjoni u qtil f’Londra: Jinvestigaw l-istraġi li wettaq raġel armat b’xabla

Raġel ta’ 36 sena qed jinżamm taħt arrest wara li qatel tifel adolexxenti b’daqqiet ta’ sikkina f’Hainault, li hi zona residenzjali ta’ East London. Il-każ qajjem tensjoni u paniku kbir, bil-pulizija jwissu lin-nies tal-inħawi biex ‘isakkru l-bibien tad-djar’ waqt li huma kienu qed isegwu lill-aggressur.

Il-każ mhux ikun trattat bħala wieħed terroristiku u meta ħames persuni oħra – fosthom żewġ uffiċjali tal-pulizija – spiċċaw feruti mill-aggressur. Il-midruba ddaħħlu l-isptar iżda mhumiex f’periklu li jitilfu ħajjithom.

Il-Pulizija wieġbu minnufih għal rapport, kmieni fl-għodwa tat-Tlieta, li raġel – f’dan il-każ l-aggressur – kien saq vettura direttament għal ġo dar.

In-nies fl-inħawi, wara,qalu li raw raġel b’xabla kbira ‘huma u jisimgħu t-twerżiq’ – b’filmat li qed jiċċirkula fuq il-media soċjali juri lill-aggressur waqt li qed javviċina lir-residenzi taz-zona. Hemm ukoll il-filmati li juru lill-pulizija waqt li qegħdin jiġru wara r-raġel li prova jaħarbilhom b’li jaqsam mill-btieħi tad-djar.

L-uffiċjali tal-pulizija, imbagħad, kellhom jużaw taser biex irażżnu lir-raġel li baqa’ jirreżistihom u meta ċ-ċirkustanzi tal-attakk għadhom taħt investigazzjoni.

Sadanittant, l-awtoritajiet ikkonfermaw li ma hemmx aktar theddida għall-pubbliku u li l-pulizija mhix tfittex għal aktar suspettati li setgħu kellhom xi sehem fil-każ.