Wara li għalaq il-perijodu li fih setgħu jintefgħu n-nomini għall-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju, issa huwa konfermat li l-Partit Nazzjonalista qed jippreżenta 8 kandidati għall-Parlament Ewropew. Il-kandidati huma Roberta Metsola, David Casa, David Agius, Peter Agius, Lee Bugeja Bartolo, Miriana Calleja Testaferrata de Noto, Norma Camilleri, u Louise Anne Pulis.
Kumparat mal-elezzjonijiet li kienu saru fl-2019, il-Labour se jkun qed jippreżenta ħames kandidati inqas.
Anke t-total ta’ kandidati li qed jikkontestaw l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew huwa inqas minn ħames snin ilu.
B’kollox, din id-darba hemm 38 kandidat, li 13 minnhom huma indipendenti.
//= $special ?>