Victoria Hotspurs huma uffiċċjalment membri tal-Malta FA wara l-vot miksub fil-Laqgħa Ġenerali Straordinarja, laqgħa li kienet imsejjħa speċifikament biex tittieħed deċiżjoni dwar din it-talba.
Il-verdett jista’ jitqies bħala wieħed storiku fejn Victoria Hotspurs issa ħallew il-GFA u l-parteċipazzjoni fil-kampjonati Għawdxin, u mill-istaġun li ġej jibdew jieħdu sehem fl-Amateur League 2 organizzat mill-MFA.
Il-Bord Eżekuttiva tal-MFA kien iddiskuta diversi drabi l-applikazzjoni ta’ Victoria Hotspurs u finalment kien deċiż li deċiżjoni finali tittieħed fl-Assemblea Ġenerali wara li jintemm il-kampjonat f’Għawdex.
Fl-Assemblea tal-bieraħ l-applikazzjoni ta’ Victoria Hotspurs kienet approvata b’41 vot favur u 11 kontra, biex b’hekk Victoria Hotspurs saru l-54 membru fi ħdan il-Malta FA.
Dan il-pass jista’ jwitti t-triq għal iktar applikazzjonijiet simili minn naħa ta’ klabbs Għawdxin, iżda dan jeskludi l-eventwali applikazzjoni SK Victoria Wanderers u Oratory Youths, żewġ klabbs oħra li jiġu mill-belt ta’ Victoria, għaliex l-istatuit tal-Malta FA jeskludi sħubija ta’ iktar minn klabb wieħed mill-istess belt jew raħal.
//= $special ?>