B’viżwal frisk u modern, il-Partit Nazzjonalista llum qed iniedi l-kampanja tiegħu għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u tal-Parlament Ewropew – elezzjonijiet li se jsiru fit-8 ta’ Ġunju li ġej.
L-islogan magħżul għall-kampanja ta’ din is-sena huwa ‘għalik’. U dan mistenni jkun il-qofol tal-messaġġ li se jwassal illum Bernard Grech waqt ir-rally tal-1 ta’ Mejju, li se jsir fi Ġnien l-Għarusa tal-Mosta.
Ir-rally tal-PN jibda għall-ħabta tat-3pm.
Intant, f’dawn il-jiem għadu għaddej it-tqassim tal-voti fid-djar. Dan il-proċess jibqa’ għaddej sal-11 ta’ Mejju li ġej.
Kull votant għandu jkollu żewġ dokumenti tal-votazzjoni; wieħed għall-MEPs u l-ieħor għall-Kunsilli.
It-tqassim tal-voti qed isir mill-Pulizija, bl-użu ta’ sistema ġdida ibbażata fuq application tal-mobile.
//= $special ?>