Internazzjonali

Iċ-Ċina: Mejtin u midruba wara l-kroll ta’ triq qalb il-muntanji

‘Il fuq minn 30 persuna tilfu ħajjithom wara li ċediet f’daqqa sezzjoni ta’ triq prinċipali (highway) qalb zona ddominata bil-muntanji fost il-konsegwenzi traġiċi. L-inċident seħħ fil-provinċja ta’ Guangdong u wara jiem iddominati bil-ħalbiet tax-xita.

Iċ-ċifra tal-vittmi mistennija tiżdied, b’talanqas 30 persuna oħra jittieħdu lejn l-eqreb sptarijiet wara li s-servizzi ta’ fejda wieġbu minnufih għall-emerġenza.

Ir-ritratti meħudin mill-ajru juru sezzjoni  twila 20 metru nieqsa mit-triq ta’ Meilong, imdawwar mill-widien u foresti. Dan meta l-awtoritajiet għad iridu jiddeterminaw il-kawża tal-kroll.

Il-Gvern provinċjali ta’ Guangdong fl-aħħar sigħat kien qed jibgħat aktar servizzi għall-emerġenzi lejn iz-zona u wara li ‘l fuq minn 20 vettura spiċċaw qalb foresta, diversi sulari ‘l isfel. Il-filmati li nġibdu mill-inħawi, wara, urew munzelli tal-karozzi parzjalment koperti mit-tajn u li spiċċaw ħadu n-nar b’konsegwenza tal-inċident.