Mietu ta’ lanqas għaxra, b’numru sinifikanti ta’ nies jispiċċaw irrappurtati nieqsa fost l-għargħar li faqa’ l-artijiet fl-Istat ta’ Rio Grande do Sul, lejn in-nofsinar tal-Brażil.
Fl-aħħar sigħat, is-servizzi għall-emerġenzi kienu qed jibagħtu l-ħelikopters lejn ir-reġjun bħala parti mit-tfittxija għan-nieqsa – u fejn ukoll kienu qegħdin iwaddbu l-għajnuna għan-nies iżolati mill-għargħar. Madankollu, l-għargħar tant hu qawwi f’diversi bnadi li l-ħelikopters ma jistgħux jinżlu u, minflok, qed jużaw sistema bil-winches biex isalvaw lill-persuni mdawrin mill-ilma.
L-awtoritajiet ta’ dan l-Istat anki sejħu għall-għajnuna mingħand il-Gvern Federali tal-Brażil fiċ-ċirkustanzi ddisprati.
Dan meta l-mijiet tan-nies għadhom ‘f’sitwazzjonijiet impossibbli’ qalb il-muniċipalitajiet mgħarrqin – biċ-ċirkustanzi tagħhom mistennija jaqilbu għall-agħar fost il-pronostiku ta’ aktar xita qawwija matul il-jiem li ġejjin.
//= $special ?>