Lokali

“Jiena se nirtira però dan ma jfissirx li se nħallikom” – Eileen Montesin

Eileen Montesin ħabret permezz ta’ vidjo fuq facebook li hi se tkun qed tirtirra mix-xena tax-xandir u li se tkun qed tkompli l-programmi tagħha ta’ divertiment bħala passatemp.

Dan hekk kif illum il-programm Club 101 fuq Net Fm kien ippreżentat minn bintha Christine Haber u Eileen kienet qeda tassisti fil-preżentazzjoni.

Intant, waqt il-vidjo Eileen Montesin kompliet tispega kif issa wasal iż-żmien li sseraħ il-menti tagħha hekk kif ilha taħdem mindu kellha 16-il sena. Spjegat kif dejjem kellha x-xewqa li taħdem fix-xandir, u għalhekk meta kienet żgħira minkejja li ħadmet ma’ kumpanija tal-ħjata kif ukoll bħala impjegata ma’ lukanda lokali fost oħrajn dawn l-impjiegi ma kienux dak li xtaqet tagħmel. Għalhekk meta fetħu l-applikazzjonijiet max-xandir, hi minnufih applikat.

Fl-1979, bdiet taħdem fir-radju bħala announcer, però issa wara 45 sena se tkun qed tieħu l-irwoll ta’ mistiedna. Dan hekk kif serħet moħħ il-bosta segwaċċi tagħha li mhux se tkun qed taqta’ mix-xena tax-xandir kompletament.