Lokali

“Pajjiżna maħtuf mill-korruzzjoni, in-nepotiżmu u r-regħba”

L-ambjent li qed jinqered kontinwament… l-istandards f’pajjiżna li fallewhom… u politikanti u uffiċjali li nsew li huma jinsabu fil-pożizzjoni tagħhom biex iservu lill-pubbliku.

F’dan il-mod li l-Editorjal tat-Times iddiskriva s-sitwazzjoni tal-biki li pajjiżna spiċċa fiha tul dawn l-aħħar snin taħt it-tmexxija ta’ Gvern Laburista. Fejn iffoka wkoll dwar l-iskandlu tat-tliet sptarijiet fejn l-Inkjesta Maġisterjali li tlestiet fl-aħħar jiem kompliet toħroġ fil-beraħ dawk il-persuni involuti.

Quddiem dan l-iskandlu, minflok il-Gvern Laburista qajjem il-mistoqsija tant importanti – għaliex il-Korp tal-Pulizija baqa’ jkaxkar saqajh biex jibda jinvestiga – għażel li jattakka lil ġudikatura talli qed jagħmlu xogħolhom.

Bl-Editorjal jagħmel l-istess rimarki tal-Kamra tal-Avukati fejn fakkar li Abela ma jridx jinsa li huwa mhux biss il-mexxej tal-Labour iżda anke l-Prim Ministru ta’ Malta. U b’hekk kemm Abela u anke dawk qrib tiegħu għandhom jieqfu jagħmlu stqarrijiet li mhux biss qed isiru biex iġibu punti politiċi iżda anke qed jagħmlu l-ħsara.

Dan apparti l-mossa politika li saret mill-Gvern meta qalet l-indirizz ta’ 99 persuna biex skont allegazzjonijiet ikunu jistgħu jirbħu l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi.

Filwaqt li l-Editorjal innota kif diversi ħaddiema tal-Gvern iddaħlu biex jgħaqdu lill-Ministri minflok jgħaqdu dmirijiethom u jassiguraw it-trasparenza u r-responsabbiltà.

B’ġimgħa wara ġimgħa li spiċċajna mdawrin bi stejjer ta’ korruzzjoni, in-nepotiżmu u r-regħba minflok naspiraw għal Malta aħjar.