Lokali

Stabbiliment ewlieni jagħżel li joħroġ mill-iskema tal-BCRS

Din hija ripoff.

Hekk iddiskriva l-iskema tal-BCRS, l-istabbiliment ta’ Ganza Qormi, hekk kif permezz ta’ post fuq facebbok avża lill-klijenti tiegħu li mhux se jibqa’ jipparteċipa f’din l-iskema li ddiskriva bħala ‘ripoff’.

Ta’ Ganza Qormi spjega kif l-istabbiliment qed jirċievi ċenteżmu għal kull flixkun, waqt li jonfoq €1.25 kull ġimgħa għal ktieb li fuqu jikteb kemm-il flixkun ikun irriturnat, jħallas ukoll paga ta’ impjegat li kuljum ikun qed jassisti lil klijenti f’ każ li dawn ikollhom bżonn l-assistenza.

Barra minn hekk ta’ kull ġimgħa numru kbir ta’ flixken ma jiġux aċċettati minngħand il-kumpanija tal-BCRS, dan minkejja li l-istabbiliment ikun diġa’ ta l-irċivuta ta’ 10c lill-konsumaturi ta’ kull flixkun li dawn jirritornaw.

Jidher ukoll li mil-lum, 50 borża biss se jkunu qed jinġabru b’xejn mill-kumpanija tal-BCRS, u jekk l-istabbilimenti jkollhom iktar iridu jħallsu miżata.