Lokali

Xufier ta’ mutur weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fl-Imsida

Eġizzjan ta’ 28 sena weġġa’ gravi wara li seħħet ħabta fl-Imsida.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-19:30, fi Triq D’Argens kantuniera ma’ Triq il-Knisja, meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn mutur Yamaha misjuq minn Eġizzjan ta’ 28 sena residenti l-Isla u Honda Fit misjuqa minn raġel mill-Bangladesh ta’ 43 sena u joqgħod il-Marsa.


Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Deib’ambulanza għal aktar attenzjoni medika. Iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.


Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ