“Hawn min irid itellifna!” – Tissokta n-narrattiva perikoluża u irresponsabbli tal-Labour
“Bħalissa għaddejjin minn perjodu fejn hawn min qiegħed jisfokana u jrid itellifna.”
Sostna dan il-ħabib storiku ta’ Joseph Muscat u Segretarju Parlamentari tal-Labour, Glenn Bedingfield, taħt it-tinda f’attività Laburista f’Birżebbuġa.
Dan ftit tas-sigħat wara li l-gazzetta Malta Today żvelat li d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne saħaq mal-Grupp Parlamentari tal-Labour li jekk ismu jissemma fl-inkjesta, huwa jirriżenja.
Sorsi qrib il-MaltaToday spjegaw li isem id-Deputat Mexxej tal-Labour qed jissemma b’insistenza bħala wieħed minn ħafna li possibbilment jistgħu jissemmgħu bħala wieħed mis-suspettati fl-inkjesta tal-Vitals.
Jidher li tali stqarrija, min-naħa ta’ Fearne, ħolqot rebus sħiħ fil-Grupp Parlamentari ta’ Abela u bosta sorsi qrib il-gazzetta saħqu li qed jistennew inkwiet kbir fil-kurituri ta’ Kastilja u fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.
Dan fid-dawl ukoll li Chris Fearne mistenni jkun in-nomina tal-Gvern għal Kummissarju Ewropew wara l-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju – fatt li jekk dak li qed jiġi rrapportat iseħħ ipoġġi n-nomina tiegħu f’dubju kbir.
Wara dan kollu – waqt li d-Deputati Laburisti jinsabu medhija f’taqbid u inkwiet intern, il-Mexxej tal-Labour kellu intervista komda taħt it-tinda f’Birżebbuġa hekk kif ġie mistoqsi sensiela ta’ domandi minn ġurnalist tas-Super One.
Abela kompla bin-narrattiva perikoluża u jimmina xogħol il-Maġistrat Gabriella Vella, filwaqt li intensifika l-attakki għas-sempliċi fatt li din l-inkjesta qed tkopri persuni li kienu jew allegatament għadhom fil-politika.
Robert Abela insista li hu mhux jattakka lill-ġudikatura imma din l-inkjesta qed timmina lill-istess ġudikatura għaliex inxteħtet fid-dibattitu partiġjan u politiku.
//= $special ?>