Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne stqarr quddiem il-grupp parlamentari tal-Partit Laburista, li jekk ismu jitfaċċa mas-suspettati fl-Inkjesta Vitals, hu jirriżenja.
Dan ġie żvellat mill-Malta Today, wara li tkellmet ma’ numru ta’ sorsi qrib il-Partit Laburista, b’sors minnhom jgħid li Fearne stess qalilhom li hemm min qal li ismu qiegħed fil-konklużjonijiet tal-Inkjesta.
Meta sar il-fethim tal-isptarijiet bejn il-Gvern u Vitals Global Healthcare fl-2015, Fearne kien Segretarju Parlamentari tas-Saħħa u meta l-konċessjoni ġiet trasferita lil Steward Health Care fl-2018, hu kien Ministru tas-Saħħa.
//= $special ?>