Kummerċ Lokali

HSBC Malta Foundation fi sħubija mal-Fondazzjoni għall-Konservazzjoni tan-naħla Maltija tal-Għasel

In-naħal tal-għasel Malti maħduma bl-idejn, b’karatteristiċi tan-naħla lokali tal- għasel, bħall-kulur skur tagħha, li se jitqassam b’rikonoxximent għall-kreattivitá tagħhom lill-aqwa 15-il student li se jipparteċipaw f’din l-inizjattiva.

Il-Fondazzjoni HSBC Malta ngħaqdet mal-Fondazzjoni għall-Konservazzjoni tan-naħla Maltija tal-Għasel għall-proġett bl-isem ta’ “Bee Creative: Maltese Honey Bee artVenture”. Din hija inizjattiva unika maħsuba biex trawwem il-kreattività u l-għarfien ambjentali fost l-iżgħar ċittadini ta’ Malta u li hija ċċentrata madwar l-istima tan-naħla Maltija, l-insett nazzjonali propost għall-gżejjer Maltin.
Permezz ta’ din l-inizjattiva, studenti mill-iskejjel primarji mir-raba’ sas-sitt sena (etajiet 8 sa
11-il sena) se jkollhom l-opportunità li jesploraw id-dinja tan-naħla tal-Għasel Malti permezz
tal-arti. Din l-inizjattiva qed tistedinhom jesprimu l-kreattività u l-fehma tagħhom dwar in-naħla
tal-Għasel Malti permezz ta’ illustrazzjonijiet, tpinġijiet, poeżiji, jew pitturi. Dawn jridu
jenfasizzaw is-sinifikat tan-naħla Maltija tal-Għasel fit-trobbija tan-naħal Malti u għad-dakkir, li
jgħaqqdu elementi edukattivi u artistiċi biex jikkultivaw apprezzament profond għall-wirt
naturali ta’ pajjiżna.
15-il student ħadu sehem f’din l-inizjattivau skont il-mertu, se jirċievu naħal tal-għasel Malti maħduma bl-idejn. Sabiex jiġi estiż l-impatt edukattiv, fost l-iskejjel involuti, se jkunu qed jitqassmu posters A3 li juru l-inizjattiva tal-NGO li tiddikjara n-naħla Maltija tal-Għasel bħala speċi nazzjonali.
Il-Fondazzjoni HSBC Malta u l-Fondazzjoni għall-Konservazzjoni tan-naħla Maltija tal-Għasel
huma kburin li qed jikkollaboraw flimkien għal din l-inizjattiva, u jaspiraw li jinċentivaw taħlita
ta’ kreattività u tmexxija ambjentali fost il-parteċipanti żgħażagħ. Din is-sħubija tenfasizza
impenn reċiproku għal futur sostenibbli, fejn iż-żgħażagħ ta’ Malta huma kustodji edukati u
entużjasti tal-ambjent naturali tagħhom.
Ritratt tax-xogħol tal-arti għandu jasal għand il-Fondazzjoni sa mhux aktar tard mill-10
ta’ Mejju 2024 billi jintbagħat permezz tal-indirizz elettroniku nahlamaltija@gmail.com. Għal
aktar dettalji dwar il-“Bee Creative: Maltese Honey Bee artVenture” wieħed għandu jagħmel
kuntatt mal-Fondazzjoni KNM billi japplika l-istess indirizz elettroniku.