Lokali Parlament

Il-Gvern Laburista ma jistax ikun il-gvern li jagħti s-saħħa lill-Maltin


Charles Azzoaprdi, PN


Id-deputat Nazzjonalista Charles Azzoaprdi qal fl-Aġġornament tal-Parlament li l-Gvern Laburista ma jistax ikun il-gvern li jagħti s-saħħa lill-Maltin.


Charles Azzopadi qal li dawn iċ-ċirkostanzi ta’ bħalisa huma mistennija għax ma baqax ġustizzja fil-pajjiż u sostna li l-gvern ma jistax jagħti s-saħħa lill-Maltin iżda jridu jkunu l-Maltin li jerġgħu jagħtu tama lill-pajjiż biex dan isir normali.


Meta kien fl-Oppożizzjoni, il-PL qatt ma emmen li Malta tkun membru fl-UE u qatt ma ried li Malta tkun b’saħħitha fl-UE. Dan il-gvern mhux biss ma jridx jagħti s-saħħa lill-Maltin,, talli fis-saħħa ffroda lill-poplu €400 miljun.


Id-deputat Nazzjonalista qal li l-PL mhux kredibbli meta jsemmi s-saħħa u sostna li l-verità hi li l-gvern ħa kull saħħa lill-kunsilli għax qatt ma emmen fihom. Il-PL qatt ma ried li jkun hemm deċentralizzazzjoni tal-poteri lill-kunsilli lokali u ħadilhom dak kollu li kellhom. Il-PL iħares biss il-voti u l-gvern ta 99 proprjetà ta’ djar soċjali fejn dawn qed jintużaw minn tal-qalba u biex jinqeda l-PL fil-gvern biex jikseb il-voti.


Charles Azzoaprdi kompla li lilu l-PL ma xtraħx għax hu integru u għandu politika li jħares liż-żgħir u lill-vulnerabbli. Hu qal li meta kien Sindku tar-Rabat baqa’ leali u kien reġa’ fdah lil Joseph Muscat anki fl-2017, iżda meta nqatlet Daphne Caruana Galizia ħass li l-gvern kien kompliċi.


Hu qal li seba’ xhur ilu fil-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ, is-sindku kellu juża l-casting vote biex jitħallsu €31,000 għall-bankini meta x-xogħol sar minn wara dahar il-kunsill mis-Sindku.


Id-deputat Nazzjonalista qal li meta daħal fil-Kunsill Lokali tar-Rabat, sab dejn ta’ €180,000 u meta ħareġ mill-kunsill ħalla €2.5 miljuni fil-kaxxa tal-Kunsill iżda kien akkużat li seraq €1 miljun.


Hu qal li l-gvern riedu jħallas €40,000 għal patching li fuqu sar resurfacing għax bħala perit kien hemm id-Deputat Mexxej Laburista Daniel Micallef li kien ħaġa waħda mal-accountant biex jaraw minn fejn jistgħu jieħdu.


Mill-gvern ħatfu fuq li ħatfu. Dan mhux mhuwiex gvern Laburista u l-Prim Ministru jrid jifhem li hu l-Prim Ministru ta’ Malta. Robert Abela għandu jifhem li minkejja li ma ħalliex lil Muscat jikkontesta, m’għandux ikompli jagħmel ħsara lill-pajjiż biex l-istituzzjonijiet jitħallew jaħdmu u l-pajjiż ikun wieħed li fih tirrenja n-normalità.