Lokali

Iweġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur u ħabat fil-barrikati tat-triq fil-Mellieħa

Franċiż ta’ 60 sena weġġa’ gravi wara li baqa’ dieħel fil-barrikati tat-triq bil-mutur.

L-inċident seħħ l-Erbgħa għall-ħabta tas-2:30 ta’ waranofsinhar fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa.

Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li l-Franċiż tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq bil-konsegwenza li ħabat fil-barrikati tat-triq. Flimkien miegħu kien hemm Franċiża ta’ 56 sena.

Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti fejn ftit tal-ħin wara l-Franċiżi ttieħdu l-isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura meħtieġa.

Aktar tard, il-Franċiż ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi filwaqt li l-Franċiża ġiet iċċertifikata bi ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.