Internazzjonali

L-Ukrajna: Ir-Russja akkużata li sfidat il-Konvenzjoni bl-użu tal-armamenti kimiċi

L-Istati Uniti akkużat lir-Russja li qed tirrikorri għall-armi kimiċi bħala metodu tal-gwerra fl-Ukrajna metodu li jabbuża ‘mija fil-mija’ r-regoli internazzjonali għall-konflitti  li jipprojbixxu dawn l-armi bl-Amerikani jgħidu li ‘l-każ ma kienx xi wieħed iżolat’.

L-uffiċjali f’Washington sostnew li r-Russja użat il-kimika chloropicrin, li tħalli lin-nies mingħajr nifs, bl-iskop li s-suldati tal-Kremlin jiksbu vantaġġ ċar fuq il-fronti tal-gwerra fl-artijiet Ukreni.

Il-Kremlin f’Moska, iżda, qal li l-akkużi u allegazzjonijiet huma mingħajr bażi u li r-Russja qed tirrispetta l-obbligi tagħha bħala firmatarja għall-Konvenzjoni li tipprojbixxi lill-pajjiżi milli jiżviluppaw jew jiksbu l-armamenti kimiċi.

L-Organizzazzjoni OPCW    li taċċerta l-implimentazzjoni tar-regoli għall-ħarsien kontra tal-armamenti kimiċi – tisħaq li dawn l-armi jinvolvu s-sustanzi intiżi għall-qtil tan-nies mill-effetti velenużi tagħhom.