Ambulanzi u Pulizija ssejħu f’San Ġiljan fejn ftit tal-ħin ilu waqgħet persuna minn għoli.
Nies li kienu fil-post qalulna li r-raġel spiċċa fin-naħa tal-baħar; iżda dan ma setax jiġi kkonfermat b’mod indipendenti.
Net News jinsab infurmat li l-barrani waqa’ minn fuq ċint, għoli ta’ madwar sular u nofs.
Sorsi qed jindikaw li l-barrani weġġa’ serjament u jinsab fil-periklu tal-mewt.
Il-Pulizija kkonfermawlna li ssejħu fil-post, fil-limiti ta’ Paceville – fiz-zona ta’ lukanda ewlenija.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:30am.
//= $special ?>