Futbol Sport

Sliema u Valletta jagħlqu l-istaġun b’rebħiet fuq Sirens u Gudja rispettivament

(Ritratt: Joseph Galea)

Rebħiet għal Sliema u Valletta fl-aħħar partiti tagħhom kontra Sirens u Gudja rispettivament. Għal Sliema il-gowls waslu permezz ta’ doppjetta ta’ Danil Kondrakov u gowl ieħor ta’ Neil Frendo.

Intant Valletta fl-aħħar partita tagħhom fil-Kampjonat Premier għelbu lil Gudja 5-2, bil-gowls għal Valletta jaslu permezz ta’ doppjetta ta’ Shaun Dimech, u gowl kull wieħed għal Klose Azzopardi, Keyon Ewerum u Jake Azzopardi, filwaqt li għal Gudja skorjaw Gianluca Zammit u Matthias Conti.

Illum: Sliema W. vs Sirens 3-0, Valletta vs Gudja Utd. 5-2
Għada: Centenary Stadium: Sta Lucia vs B’Kara 7.00pm
Tony Bezzina Stadium: Mosta vs Naxxar L. 7.00pm
Stadium Nazzjonali: Gżira Utd. vs Floriana 7.00pm
Victor Tedesco Stadium: M’Xlokk vs Balzan 7.00pm
Is-Sibt: Stadium Nazzjonali: Ħamrun S. vs Hibernians 2.00pm