Lokali

Tweġġa’ gravi wara li waqgħet bil-mutur fir-Rabat

Taljana ta’ 43 sena weġġgħet gravi wara li waqgħet bil-mutur li kienet qed issuq.

L-inċident seħħ l-Erbgħa waranofsinhar għall-ħabta tal-5:30pm, fi Triq is-Sajf ta’ San Martin, ir-Rabat.

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li Taljana ta’ 43 sena, waqgħet waqt li kienet qed issuq il-mutur. Magħha kien hemm riekeb Taljan ta’ 15-il sena li fortunatament ma ġarrabx ġrieħi.

Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti lis-sewwieqa dan filwaqt li ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Aktar tard, hija ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.