Knisja Lokali

Żjara mill-Arċisqof Charles Scicluna lill‑istudenti u l‑ħaddiema ta’ Our Lady Immaculate School fil-Ħamrun


L-Arċisqof żar l-istudenti tal-primarja fil-klassijiet ta’ Our Lady Immaculate School, fil-Ħamrun. L-istudenti tas-sekondarja kellhom l-opportunità jistaqsu diversi mistoqsijiet lill-Arċisqof Scicluna dwar diversi temi, fosthom dwar it-trobbija tiegħu, il-vokazzjonijiet, ir-rwoli ta’ tmexxija, it-tfittxija għall-verità, il-familja u ż-żwieġ, il-flus u d-droga, il-quddiesa tal-Ħadd u l-ħidma fis-skiet tal-Knisja.

Fi tmiem iż-żjara, l-iskola ppreżentat donazzjoni għall-Archbishop’s Charity Fund sabiex jingħataw lill-familji u lit-tfal fil-bżonn.