Kummerċ Lokali Sport

Esperjenza Olimpika għall-klijenti tal-BOV grazzi għal VISA

Is-sajf 2024 huwa wieħed speċjali għad-dilettanti tal-Olimpjadi, u jista’ jkun wieħed memorabbli għal erba’ klijenti tal-Bank of Valletta li għandhom kard tal-Visa, li jistgħu jirbħu vjaġġ b’kollox inkluż għal tnejn minn nies biex jattendu għal-logħob Olimpiku. Il-kollaborazzjoni mill-qrib bejn il-Bank of Valletta u Visa qed tagħti ċans lill-klijenti kollha li għandhom kard tal-Visa biex jipparteċipaw f’lotterija li hija miftuħa sas-16 ta’ Ġunju 2024.

Klijenti li jkunu affettwaw mill-inqas 15-il tranżazzjoni bankarja permezz tal-Visa, b’total ta’ mhux inqas minn €200 tul il-perjodu tal-promozzjoni – sew permezz ta’ kard fiżika tal-Visa jew permezz ta’ kartiera diġitali bħalma huma Apple Pay u Google Wallet fost l-oħrajn – jistgħu jirbħu pakkett b’kollox inkluż b’valur ta’ iktar minn €15,000. Il-pakkett jinkludi vjaġġi bir-ritorn għal Pariġi, trasferimenti mill-ajruport, żewġ iljieli akkomodazzjoni f’lukanda u biljetti esklussivi għal żewġ avvenimenti Olimpiċi li jvarjaw minn waterpolo, volleyball, basketball, għawm, arti marzjali, għadis, football u ċ-ċerimonja tal-għeluq. Ir-rebbieħa jittellgħu bil-polza fit-18 ta’ Ġunju 2024.

Dwar din il-promozzjoni esklussiva, ikkummentaw ukoll il-Kap tat-Taqsima tal-eBanking tal-BOV, Chris Degabriele; u David Farrugia, Country Manager għal Visa Malta.

Il-logħob Olimpiku li se jsiru fil-belt kapitali Franċiża Pariġi, se jittellgħu bejn is-26 ta’ Lulju u l-11 ta’ Awwissu, bil-parteċipazzjoni ta’ 10,500 atleta minn madwar id-dinja. B’kollox se jieħdu sehem 26 pajjiż, inkluż Malta. 306 avveniment sportiv li jkopri 28 dixxiplina sportiva differenti se jittellgħu matul dawn il-logħob.

Iktar informazzjoni u t-termini u kundizzjonijiet marbuta ma’ din il-promozzjoni jinsabu fuq https://www.bov.com/bov-visa-card-april-2024-campaign.