Lokali

Għawwiem fil-periklu tal-mewt wara li sab diffikultà fil-Bajja ta’ San Ġorg

Pollakk ta’ 56 sena jinsab l-Isptar Mater Dei jissielet għal ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà fil-Bajja ta’ San Ġorg.

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-17:30, meta l-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza minħabba li kien hemm persuna li tinsab f’diffikultà fil-Bajja ta’ San Ġorġ, San Ġiljan.

Il-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei marru fil-post fejn sabu Pollakk ta’ 56 fuq l-art hekk kif grazzi għall-għajnuna ta’ xi nies li kienu fil-viċin ittella’ mill-baħar.

Huwa ngħata l-assistenza medika u ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.